Bħala Arkivji Nazzjonali ta’ Malta, huwa d-dmir u l-impenn tagħna, li nkunu
għas-servizz tal-pubbliku. L-għan tagħna huwa li niżguraw li l-klijenti u
l-viżitaturi tagħna jintlaqgħu bl-akbar rispett, korteżija u fuq kollox,
b’assistenza dedikata. Il-Kmamar tal-Qari tagħna huma miftuħa għal kulħadd,
mingħajr distinzjoni, u kull min jixtieq jagħmel riċerka, jista’ jagħmel dan
liberament billi jiskeda appuntament għar-riċerka. L-appuntamenti jistgħu jiġu
bbukkjati permezz ta’ imejl minn customercare.archives@gov.mt  jew billi
jċemplulna fuq 21459863.

Fil-Kmamar tal-Qari, wieħed jista’ jsib diversi faċilitajiet biex jassisti
lill-klijenti tagħna fir-riċerka tagħhom. Dawn il-faċilitajiet jinkludi
databases diġitali, katalgi stampati u librerija ta’ referenza għal użu
tar-riċerkatur.

Regolamenti u Proċeduri fis-Sala tal-Qari

Ir-riċerkaturi għandhom jikunu nfurmati, li kowtijiet, bagalji jew oġġetti goffi għandhom jitqiegħdu fil-lockers barra l-Kamra tal-Qari. Il-mowbajls għandhom jintfew jew jitpoġġew fuq modalità siekta.

Lapsijiet biss jistgħu jintużaw fil-Kamra tal-Qari. L-ebda marka ta’ kwalunkwe tip m’għandha ssir fuq id-dokument. Il-qarrejja m’għandhomx iserħu fuq id-dokument jew ipoġġu l-karta li fuqha jkunu qed jiktbu. L-akbar attenzjoni għandha tiġi eżerċitata fl-immaniġġjar tad-dokumenti u meta jinqelbu l-paġni. L-imħaded tal-kotba għandhom jintużaw skont l-istruzzjonijiet disponibbli fil-Kamra tal-Qari.

Riproduzzjoni ta’ Dokumenti

L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta joffru diversi metodi ta’ riproduzzjoni ta’ dokumenti:

  1. Il-klijenti jistgħu jużaw il-kamera diġitali tagħhom stess sakemm ma jintuża l-ebda flash. Niżżel il-proċedura sħiħa dwar l-Użu tal-Kamera Diġitali.
  2. Ir-riċerkaturi li jżuru l-kamra tal-qari tal-Uffiċju Prinċipali ġewwa r-Rabat, għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom skaner b’riżoluzzjoni għolja, għad-dispożizzjoni tagħhom biex jintużaw għal dokumenti sa format A3. Niżżel il-proċedura sħiħa u l-kundizzjonijiet għal użu tal-Iskannjar tad-Dokument.
  3. Il-klijenti jistgħu jitolbu wkoll fotokopji ta’ dokumenti kif ukoll f’format diġitali.

Żjarat Edukattivi u Kulturali

Iż-żjarat edukattivi u kulturali huma komponent importanti ħafna tal-programm ta’ sensibilizazzjoni dwarna. Permezz ta’ dawn iż-żjarat nistgħu nżidu l-għarfien dwar l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u l-kollezzjonijiet li jinżammu taħt ir-responsabbiltà tagħna. Istituzzjonijiet Edukattivi u gruppi kulturali li huma interessati jibbukkjaw żjara, huma mitluba jikkuntattjawna billi jċemplu fuq 21459863 jew jibagħtu imejl fuq customercare.archives@gov.mt

A student cataloguing

Paul Engels, Intern Ġermaniż li ingħaqad magħna fl-2022 għal tliet xhur.

Skip to content