Politika Dwar l -Użu tal-Kameras Diġitali
Talba għal Fotokopji u Kopji Diġitali
L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta joffri servizzi ta’ fotokopji u riproduzzjoni diġitali kemm fil-bini prinċipali fir-Rabat kif ukoll fir-repożitorju tal-Imdina. Suġġett għar-riżorsi disponibbli kopji fuq karta huma pprovduti fl-istess jum filwaqt li kopji diġitali jeħtieġ li jiġu ordnati minn qabel. L-uffiċjali inkarigati mill-kamra tal-qari għandhom id-diskrezzjoni li ma fotokopja l-ebda dokument, li fl-opinjoni tagħhom ma jkunx tajjeb għall-iskop tal-ikkuppjar.
Jekk in-numru ta’ kopji fuq karta ordnati huwa limitat fin-numru għal massimu ta’ 5 paġni totali, il-kopji huma ġeneralment ipprovduti fi żmien ftit minuti fil-biċċa l-kbira tal-ġranet tal-ġimgħa. Għadd akbar ta’ kopji jeħtieġ li jiġu bbukkjati u jiġu pprovduti f’ħin jew data aktar tard. Il-formoli tal-ordni tal-fotokopji jew tal-kopji diġitali għandhom jimtlew kif suppost u għandhom jitqiegħdu l-bookmarks meħtieġa biex jindikaw b’mod ċar il-partijiet tad-dokumenti li jridu jiġu kkupjati.