Opportunitajiet u Attivitajiet

L-Arkivji Nazzjonali jippromwovi t-tagħlim u esperjenzi ġodda għal nies ta’ kull età permezz ta’ diversi opportunitajiet. Xi wħud jinvolvu gruppi filwaqt li oħrajn huma għal individwi.

Volontarjat:  

Kemm jekk għandek passjoni għall-istorja, kemm jekk trid ittejjeb l-għarfien u l-ħiliet tiegħek, jew sempliċement tixtieq tinvolvi ruħek f’xi ħaġa ta’ valur għall-memorja kollettiva ta’ Malta, il-volontarjat fl-Arkivji Nazzjonali jista’ jgħinek tilħaq il-miri tiegħek. Hemm l-opportunità li tkun involut f’kompiti ta’ arkivji ewlenin bħad-diġitizzazzjoni, ir-riprografija, l-għażla, l-elenkar u l-ippakkjar mill-ġdid ta’ materjal arkivjali, u l-assistenza lir-riċerkaturi. L-involviment f’xogħol volontarju jista’ jiftaħ opportunitajiet bħala riżultat tal-ħiliet u l-esperjenza miksuba. It-tul tax-xogħol volontarju huwa differenti għal kull voluntier. Ix-xogħol kollu magħmul mill-voluntiera fin-NAM isir taħt il-gwida u s-superviżjoni ta’ professjonisti tal-arkivji u tal-konservazzjoni tal-karti.
 

Żjarat fl-Iskejjel:

Ħalli lit-tfal tal-iskola jikxfu l-intriċċi tal-istorja politika, kulturali u soċjali ta’ Malta fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta. L-għalliema jistgħu jibbukkjaw żjara edukattiva u jippermettu lill-istudenti tagħhom jesperjenzaw kuntatt dirett mad-dokumenti.
Iż-żjarat huma bla ħlas u organizzati mal-għalliema b’tali mod li ż-żjara tikkumplimenta l-programm edukattiv tal-iskola. Iż-żjarat jistgħu jkopru kemm suġġetti ġenerali kif ukoll suġġetti aktar speċifiċi.

Apprentistat: 

Ħafna studenti tas-sekondarja, kulleġġ u universitarji jagħmlu apprendistati fl-Arkivji Nazzjonali. Numru kbir ta’ studenti minn barra jagħżlu li jagħmlu apprendistati ta’ tliet xhur rranġati permezz ta’ istituzzjoni edukattiva speċjalizzata hawn Malta, filwaqt li studenti lokali ħafna drabi jwettqu l-practicum tagħhom fl-NAM, bħala rekwiżit tal-kors tal-iskola jew tal-università tagħhom. Fi tmiem l-internship l-apprendista jirċievi rapport li jagħti dettalji dwar ix-xogħol u l-kisbiet tiegħu, isaħħaħ is-CV tiegħu u jsaħħaħ l-applikazzjonijiet futuri għall-impjiegi.

‘[…] Meta ġejt Malta mir-Repubblika Ċeka, din kienet opportunità kbira biex nikseb ftit esperjenza ta’ xogħol barrani u ntejjeb il-ħiliet tiegħi fil-lingwa Ingliża. […] Ninsab ferħan ħafna li kont parti mill-arkivji għal ftit xhur u għandi memorji pjaċevoli ta’ dan iż-żmien. Ħadt gost ħafna l-ħin tiegħi fl-Arkivji Nazzjonali u li noqgħod Malta b’mod ġenerali.’

Lenka Burková, tliet xhur apprentistat, 2016

Jekk inti interessat f’xi waħda minn dawn l-opportunitajiet, jew għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok Ikkuntattjana