ICA-AtoM

‘AtoM’ huwa akronimu għal “Aċċess għall-Memorja”: hija għodda ta’ deskrizzjoni ta’ arkivji ta’ sors miftuħ żviluppata mill-Kunsill Internazzjonali tal-Arkivji (‘ICA’). ICA-AtoM hija multilingwi u tipprovdi aċċess pubbliku u istituzzjonali għall-“holdings” ta’ repożitorji arkivjali.

Għaliex ICA-AtoM?

Huwa “software” b’xejn u “open source”;
id-database tkun onlajn, aċċessibbli mill-websajt tagħna u tista’ titfittex fuq l-internet;
Kienet ibbażata fuq l-istandards deskrittivi tal-ICA u pprovdiet l-opportunità li nġibu d-dokumentazzjoni tagħna għal dak l-istandard u dan iffaċilita repożitorji multipli.

Ir-riċerkaturi jistgħu jsibu f’dan is-software informazzjoni dwar Fonds u Oġġetti: storja bijografika tal-kreatur tar-rekord, deskrizzjoni tal-ambitu u l-kontenut, karatteristika fiżika, lingwi tar-rekord, noti ġenerali u f’xi każ ukoll il-format diġitali tad-dokumenti.

Skip to content