Introduzzjoni mill-Arkivist Nazzjonali


Fis-soċjeta tal-lum, l-internet sar mezz ewlieni kif in-nies jkkomunikaw. L-Arkivji Nazzjonali għandhom rwol importanti f’din is-soċjeta ta’ bidliet b’ritmu mgħaġġel, Aħna għandna missjoni x’naqdu.  L-Att dwar L-Arkivji Nazzjonali (V-2005) jpoġġi ir-responabilita’ fuq l-Arkivji Nazzjonali sabiex “jippriservaw l-memorja kolletiva tan-nazzjon Malti ...”. Dan mhux dmir faċli biex jinqeda.

F’dawn l-aħħar tmintax-il sena, l-Arkivji Nazzjonali ħadmu bla heda biex tinbena l-istruttura li hemm bżonn biex jinqdew dawn id-dmirijiet. Irnexxielna ngħammru tlett kmamar tal-qari biex minnhom nipprovdu servizzi għar-riċerka għall-pubbliku. Bħalissa ninsabu f’ salib it-toroq bi sfidi fi sfida importati. Għandna bżonn innislu, jew ikabbru fejn teżisti, viżjoni ta’immaniġjar tar-rekords nazzjonali  fis-servzz pubbliku. Ma nistawx nħarsu il-memorja kolletiva tan-nazzjon jekk ir-rekords tagħna jibqgħu jinqerdu f’kantini moħbija.

It-tieni sfida hija dik tar-rekords li jeżistu biss f’mezzi elettroniċi. L-Arkivji Nazzjonali għandhom dmir li jħarsu ir-rekords pubbliċi kollha, kemm jekk huma imejl film, tejp tal-awdjo/vidjo jew midja oħra li tinħoloq fil-futur. Biex inkunu nistgħu nagħmlu dan, hemm process ta’ tagħlim li irridu nagħdu minnu.

Din il-visjoni tista’ tintlaħaq biss jekk naħdmu mill-qrib mal-partijiet interesatti kollha. Il-pass li qegħdin nieħdu bit-tnedija ta’  website għandu l-għan li jinforma iżda wkoll biex jgħaqqadna mal-udjenza tagħna. Nistidnek tuża dan is-sit, kif ukoll il mezzi ta’  komunikazzjoni interattiva inklużi fih. Is-suċċess tiegħu jiddependi ukoll fuq il-feedback tiegħek u t-tweġibiet f’waqthom minn naħa tagħna. Ejja nilqaw din l-isfida  u nużaw l-informatika biex nagħmlu ħajjitna aħjar.


Dr. Charles J Farrugia PhD


              

Attivitajiet
_____________________________

4 ta' Settembru 2021

L-Arkivji Nazzjonali qegħdin iffittxu biex jimpjegaw persuna. Iklikkja hawn għall-iktar informazzjoni.

________________________


17 ta'Marzu 2021

Nixtiequ ninfurmaw lill-pubbliku li mill-Erbgħa 17 ta’ Marzu sakemm jinħareġ avviż ieħor, is-sezzjoni ta’ Għawdex tal-Arkivji Nazzjonali ta' Malta mhux ser tkun miftuħa għall-pubbliku nhar ta’ Erbgħa bejn is-1.30pm u s-6.00pm. Filwaqt li niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent, il-pubbliku jista’ jagħmel kuntatt fuq nag@gov.mt

________________________


Nixtiequ ninfurmaw lill-pubbliku li il-kmamar tal-qari huma aċċessiblli biss permezz ta' appuntament. Biex tagħmel appuntament tista timla l-formola hawn   
  jew            
tibgħatilna imejl

_____________________________

Servizz Publiku Logo New.jpg