L-Arkivji Nazzjonali ta’
Malta (NAM) hija entità tal-gvern, li l-għan ewlieni tagħha, hu li żżomm u tippreserva numru ta’ rekords
dwar l-istorja ta’ Malta, filwaqt li tagħmilhom aċċessibbli għall-pubbliku
għal skopijiet ta’ riċerka. Huwa post fejn il-pubbliku jista’ jmur biex jiġbor
fatti, informazzjoni u tagħrif minn sorsi primarji diversi, fosthom ittri,
rapporti, noti, ritratti, mapep u diżinji
varji. L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta għandhom waħda mill-akbar
kollezzjonijiet arkivistiċi f’Malta, li tibda bejn wieħed u ieħor mill-1530
sal-ġurnata tal-lum. L-ammont ta’
kollezzjonijiet li jinstabu fl-Arkivji
jilħaq madwar 15-il Km , li jiżdied bejn wieħed u ieħor b’kilometru fis-sena. Dan
jinkludi kważi 10,000 mappa u kollezzjoni fotografika ta’ aktar minn 10,000
ritratt, li l-maġġoranza tagħhom ġew diġitiżżati.