Waqt iż-żjara tiegħek inti mitlub/a issegwi regoli speċifiċi meħtieġa biex jiġu mħarsa d-dokumenti fil-kollezzjonijiet tagħna.Ma tistax:
·
Iġġib ikel u xorb, inkluż ilma, fis-sala
tal-Qari
·
Tuża pinen jew kull tip ta’ linka – lapsijiet jiġu pprovduti b’xejn għall-użu
tiegħek
·
Toħroġ rekords arkivistiċi mill-Kamra tal-Qari jew iċċaqlaq l-ordni
oriġinali tal-karti
·
Timmarka jew tagħmel xi annotamenti fuq id-dokumenti oriġinali
Fis-sala tal-qari issib:
- Librerija ta’
referenza li tgħin lir-riċerkatur jaqra dwar il-kuntest tas-suġġett li
jkun qed ifittex dwaru;
- Tagħmir għall-għajnuna
fit-tiftix b’għażla wiesgħa ta’ katalgi stampati ;
- Faċilitajiet
għall-ikkupjar;
- Bank tal-informazzjoni
b’għadd kbir ta’ pubblikazzjonijiet u notamenti oħra;
- Lokers li jissakkru,
għall-basktijiet tar-riċerkaturi;
- Tagħmir
għall-preservazzjoni bħal leġiji tal-fowm biex jgħinu fil-ħarsien
tad-dokumenti.
Biex ikollok aċċess għall-dokumenti arkivistiċi, għandek timla’ formola biex
tordna dokument u tagħtiha lill-uffiċjal
inkarigat. Id-dokumenti mbagħad jinġiebu mill-kmamar tas-sigurtà għal fuq
il-mejda. Ir-riċerkaturi jistgħu jitolbu sa għaxar dokumenti kuljum, filwaqt li
ma jistax ikollhom iktar minn tlett dokumenti fuq il-mejda fl-istess ħin.
(Manuskritt jiġi meħjut) (Manuskritt jitnaddaf b'makna)