Ħinijiet tal-Ftuħ


Repożitorji

Ħinijiet tal-Ftuħ


L-Uffiċċju Ċentrali, Santu Spirtu, Rabat


L-Uffiċċju Ċentrali tal-Arkivji Nazzjonali jinsab fl-ex sptar ta’ Santu Spirtu, l-eqdem sptar dokumentat internazzjonalment. L-ewwel dokumenti li jsemmu dan il-post bħala sptar, imorru lura għas-sena 1372. Fil-bidu tat-tmeninijiet sar xogħol estensiv ta’ restawr. Il-ġarr tal-arkivji għal dan il-bini intemm fit-28 ta’ Lulju 1989. Il-ftuħ uffiċċjali tal-Arkivji Nazzjonali sar fit-28 ta’ Mejju 1994, mill-Eċċellenza tiegħu Dott. Ugo Mifsud Bonnici, President ta’ Malta.





Uffiċċju Ċentrali, Triq l-Isptar,

Rabat RBT1043

Tel (+3​​56)2145-9863


B'appuntament biss

It-Tnejn/it-Tlieta/L-Erbgħa/il-Ġimgħa - 8.00 am - 2.00 pm


Il-Ħamis - 10.00 am - 2.00 pm & 3.00 pm - 7.30 pm


Is-Sibt - 8.15 am - 12.45 pm



It-Taqsima tad-Dokumentazzjoni Legali, il-Banca Giuratale, l-Imdina


Il-każijiet tal-Qrati għas-snin 1530-1899 jinżammu fil-Banca Giuratale, l-Imdina. Id-dokumenti bdew jinġarru mill-Palazz fil-Belt lejn il-Banca Giuratale fl-aħħar ta’ Settembru 1987. Ir-repożitorju ġie miftuħ għall-pubbliku fit-28 ta’ Ottubru 1988, u beda mill-ewwel joffri s-servizz ta’ riċerka.








It-taqsima tad-Dokumentazzjoni Legali, Triq Villegaignon,

Mdina MDN1193

Tel (+356) 2145-9919


B'appuntament biss

It-Tnejn - 8 am - 2.00 pm & 3 .00 pm - 7.30 pm


t-Tlieta/L-Erbgħa/il-Ġimgħa - 8.00 am - 2.00 pm


Il-Ħamis - 10.00 am - 2.00 pm


Is-Sibt - Magħluq



It-Taqsima ta’ Għawdex - ir-Rabat Għawdex


Id-dokumenti li jinħolqu f’Għawdex jinżammu fit-taqsima ta’ Għawdex f’parti mill-Librerija ta’ Għawdex fi Triq il-Vajrinġa. It-Taqsima ta’ Għawdex kienet inawgurata uffiċjalment fl-24 ta’ Novembru 1989 minn Dott. Ugo Mifsud Bonnici, dak iż-żmien Ministru tal-Edukazzjoni, u l-Ministru għal Għawdex Anton Tabone.






It-Taqsima ta' Għawdex, Triq Vajringa,

Rabat VCT1313

Tel (+356) 2155-8833


B'appuntament biss

It-Tnejn/it-Tlieta/Il-Ħamis/il-Ġimgħa - 7.30 am - 1.30 pm


L-Erbgħa - 7.30 am - 5.30 pm (Ottubru - Mejju)


Is-Sibt - 7.30 am - 1.00 pm


​​​