-
L-Arkivji Nazzjonali jħeġġu l-għarfien billi joffru għażla ta’ opportunitajiet
ta’ tagħlim għal persuni ta’ kull età. Uħud minn dawn huma għall-gruppi filwaqt li oħrajn huma għall-individwi.
Volontarjat:
Kemm jekk tħobb l-istorja, kif ukoll jekk trid ttkabbar l-għarfien u
l-ħiliet tiegħek, jew tixtieq tagħti daqaqa t’id biex isaħħaħ
il-memorja kollettiva ta’ Malta, il-volontarjat fl-Arkivji Nazzjonali jista’
jgħinek tilħaq dawn l-għanijiet. Ikollna opportunitajiet biex tgħin f’xogħol speċjaliżżat tal-akiviji, bħal diġitizzazzjoni, għażla ta’ dokumenti, ikkatalogar,
tindif ta’ dokumenti jew tgħin lir-riċerkaturi. B’riżultat tal-ħiliet u
l-esperjenza li tkun ksibt matul iż-żmien li tkun voluntier/a magħna, tgħin lilek
innifsek issib opportunitajiet ġodda. It-tul ta’ żmien għal dan it-tip ta’
xogħol ivarja minn voluntier għal ieħor. Ix-xogħol kollu li jsir
mill-voluntieri jsir taħt is-superviżjoni u l-gwida ta’ professjonisti
fil-qasam tal-arkivistika u tal-konservazzjoni tal-karta.