Il-għan ewlieni tal-Arkivji Nazzjonali hu li jippreservaw il-memorja kollettiva tan-nazzjon
Malti permezz tal-protezzjoni u l-aċċessibilità tal-arkivji pubbliċi kollha
regolati bl-Att dwar Arkivji Nazzjonali.
Il-funzjonijiet tal-Arkivji Nazzjonali huma:
(a) li jħarsu l-memorja kollettiva tan-nazzjon Malti kif ukoll id-drittijiet
taċ-ċittadini permezz tal-għażla, l-preservazzjoni, u l-aċċess għall-arkivji ta’ kull għamla, fl-aqwa mezz possibbli ;
(b) li jwaqqfu u jżommu reġistru li jissejjaħ Reġistru Nazzjonali tal-Arkivji;
(ċ) li jiflu, bis-setgħa li jispezzjonaw, kif jinżammu ir-rekords fl-uffiċċji pubbliċi;
(d) li jaċċettaw u
jakkwistaw rekords privati ta’ importanza nazzjonali b’mezz
ta’ donazzjoni, xiri, legat f’testment jew
depożitu;
(e) li jipprovdu
direzzjoni għall-arkivji Maltin f’oqsma bħall-preservazzjoni ta’ rekords arkivistiċi, amministrazzjoni ta’ rekords, u skemi
nazzjonali ta’ kooperazzjoni;
(f) li jħeġġu t-taħriġ
professjonali ta’ arkivisti u amministraturi ta’ rekords.