AtoM:
‘AtoM’ meħuda minn “Access
to Memory” (Aċċess
għall-Memorja), hu softwer arkivistiku ‘open source’ l-ewwel maħluq mill-Kunsill Internazzjonali
tal-Arkivji (International Council on Archives - ICA), u żviluppat f’verżjonijiet ġodda
minn Artefactual. AtoM jipprovdi aċċess għall-kollezzjonijiet arkivistiċi,
f’lingwi differenti kemm lill-pubbliku kif ukoll lill-istituzzjonijiet.
Għaliex AtoM?
- Softwer b’xejn u open
source;
- Id-dejtabejż ikun onlajn
u aċċessibbli mil-websajt tagħna. Tista’ ukoll issir tfittxjia fl-informazzjoni
minn fuq l-internet.;
- Ibbażat fuq l-istandards tal-ICA u għalhekk għen biex inġeddu il-katalgi tagħna għall-standards
moderni;
- Nistgħu immexxu repożitorji
differenti.
Fis-softwer, ir-riċerkaturi
jistgħu isibu il-fonds u l-oġġetti: storja bijografika tal-ħallieq tar-rekord, deskrizzjoni
tal-kontenut, karatteristiċi tal-materjal, lingwi li ntużaw fil-materjal, noti,
kif ukoll kopji diġitali ta’ xi uħud mid-dokumenti.
Agħfas hawn biex tara
il-kollezzjonijiet onlajn.
X’inhi id-differenza bejn arkivju u librerija?
Għalkemm it-tnejn
li huma jikkonċernaw l-immaniġjar tal-informazzjoni, ir-rwol tal-arkivist huwa
ferm differenti minn dak ta’ librar. L-situdji li hemm bżonn sabiex tilħaq librar
jew arkivist hume differenti. It-tnejn isegwu proċeduri u prinċipji separati u
bħala professjonisti, huma rappreżentati minn għaqdiet differenti. L-ikbar
differeza bejn arkivji u libreriji hija li dawn ta’ l-aħħar iżommu materjal
ippublikat (kotba u materjal ieħor ippublikat) filwaqt li arkivji iżommu
materjal kemm ippublikat kif ukoll dak li mhux, f’kull format possibli u xi
kultant ikollhom ukoll oġġetti fil-kollezzjoni tagħhom. L-għan ta’ librerija hu
li tagħti aċċess lill-pubbliku għall-kollezzjoni, kemm b’mod elettroniku kif
ukoll fiżiku, tislef kotba u pubblikazzjonijiet sabiex jinqraw mill-individwi
d-dar, jew onlajn. Meta ktieb jintlief jew jitmermer, jista’ jiġi mibdul ma' wieħed ġdid. Arkivju jagħti aċċess għall-materjal sabiex dan jintuża
għar-riċerka, imma dan il-materjal huwa uniku jew rari ħafna, u għalhekk jekk
jintilef jew issirlu ħsara ma jistax jiġi mibdul. Minħabba f’hekk l-arkivisti
iħarsu il- materjal b'ħeġġa u jippreservaw il-kollezzjonijiet għar-riċerka t’issa
kif ukoll fil-futur, u għalhekk il-kundizzjonijiet sabiex jiġi aċċessat il-materjal arkivistiku huma ferm iktar stretti. Materjal arkivistiku oriġinal
qatt ma jista’ jittieħed id-dar, u jekk xi dokumenti ikunu fraġli, jew mhux
katalogati, ma jkunux aċċessibli għall-pubbliku lanqas fil-kmamar tal-qari. B’differenza
minn librerija, kopji jew faksimili jistgħu jieħdu post l-oriġinal.
Hawn taħt hawn lista’ ta’ differenzi bejn
arkivju u librerija*:
Arkivju
|
Librerija
|
Materjal mhux ippublikat bħal rekords, ittri,
djarji, posters...
|
Materjal ippublikat bħall-kotba,
magazin...
|
Il-klijenti jitolbu il-materjal lill-ħaddiema
|
Il-klijenti ifittxu u jieħdu
l-materjal huma.
|
Materjal uniku
|
Oġġetti individwali
|
Kollezzjonijiet ta’ materjal
|
Oġġetti bil-qoxra
|
Kaxxi u fowlders
|
Organizzati skond is-suġġett
u l-ġeneru (sabiex ikun ikatar faċli jinstabu)
|
Organiżżati skond min ikun ħoloq il-materjal (il-kuntest
tal-materjal jinżamm ħaj)
|
Kull oġġett ikollu rekord qasir
f’katalgu
|
Id-deskrizzjonijiet jistgħu ikunu kemm qosra,
kif ukoll twal. Jista’ ukoll ma jkunx hemm deskrizzjoni.
|
Jeżistu ħafna kopji
|
Materjal uniku
|
Materjal mitluf jew li fih ħsara
kbira jista’ jiġi mibdul
|
Il-materjal jista’ jiġi ikkosultat biss
fil-kmamar tal-qari fl-arkivju
|
Il-materjal jiġi misluf lill-klijent
|
Sigurta għolja
|
Ftit inqas sigurta
|
*Universita’ ta’ Wisconsin-Libreriji Madison
Hemm
ħafna każi fejn ix-xogħol tal-arkivji u l-libreriji jixtiebaħ, bħal meta
arkivji ikunu parti minn librerija, eż. “Kollezzjonijiet Speċjali” (komuni f’libreriji
akkademiċi jew t’universitajiet), xi arkivji jkollhom librerija ta’riferenza
żgħira, u xi arkivji pubbliċi u servizzi ta’ librerijia li jkunu magħqudin eż. L-Uffiċċju
tar-Rekords ta’ Liverpool li qiegħed fi ħdan il-Librerija u l-Arkivju Ċentrali.
X’inhuma
il-katalgi u għaliex huma importanti?
L-Arkivji
għandhom bżonn jiddokumentaw il-kollezzjonijiet tagħhom u il-katalgi huma l-ikbar
parti minn din id-dokumentazzjoni. Katalgu huwa għajnuna għat-tfittxija: għodda
li tintuża kemm mir-riċerkatur kif ukoll mill-arkivist biex ikunu jafu x’fih
l-arkivju, il-kundizzjoni tal-materjal f’dak l-arkivju u (għall-arkivist) fejn
tinstab fil-bini tal-arkivju u jekk u liema materjal jeħtieġ miżuri ta’ konservazzjoni
jew preservazzjoni. Katalgu sħiħ jinkludi informazzjoni dwar il-ħallieq tar-rekord,
bħal storja bijografika, jekk hux individwu jew entita’, u jista’ wkoll
jinkludi informazzjoni fejn kienu ir-rekords qabel waslu l-arkivju.
Deskrizzjonijiet dettaljati jħaffu il-proċess li bih ir-riċerkaturi isiru jafu
x’rekords ikun iridu jaraw, u, peress li kull rekord katalogata ikollha numru
ta’ referenza uniku, iċ-ċitazzjoni tar-rekord issir ħafna eħfef.
F’Arkivju
jkun hemm fonds. Dawn huma kollezzjonijiet ta’ rekords li nħolqu fl-istess
sors. Fl-Arkivji Nazzjonali, jinstabu 82 kollezjoni ta’ rekords li kienu
maħluqin mill-amministrazzjoni Maltija tul dawn l-aħħar 500 sena. Katalgi ta’
dawn il-fonds jeżistu, uħud f’format elettroniku filwaqt li oħrajn katalgi fuq
il-karta.